Raġel arrestat b’rabta ma’ sejba ta’ droga

Numru ta' Referenza: PR_678_21, Data ta' l-Istqarrija : Set 19, 2021
 

Investigazzjonijiet mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wasslu sabiex raġel ta’ 46 sena, residenti l-Belt Valletta ġie arrestat b’rabta ma’ sejba ta’ droga kokaina.

 

Il-Pulizija waqqfu lir-raġel fi Triq Victor Denaro, l-Imsida, li malli nduna bil-preżenza tagħhom prova jaħrab u rema pakkett suspettuż. Minn analiżi preliminari, il-pakkett instab li kien fih diversi kapsoli b’sustanza suspettata droga kokaina li tammonta għal madwar 700 gramma.

 

13,000 fi flus kontanti u minn aktar tfittxijiet fir-residenza tiegħu instabu 14,000 oħra.

 

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit LL.D. ġiet infurmata bis-sejba u ħatret inkjesta.

 

.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.