Inċident tat-traffiku n-Naxxar

Numru ta' Referenza: PR_675_21, Data ta' l-Istqarrija : Set 18, 2021
 
Ilbieraħ, għal xi l-għaxra u nofs ta’ filgħaxija (2230hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Fortizza tal-Mosta, n-Naxxar.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn żewġ vetturi – Volkswagen Polo misjuqa minn raġel ta’ 50 sena residenti s-Swieqi u Toyota IQ misjuqa minn Taljan ta’ 19-il sena. Fil-Volkswagen, kien hemm ukoll mara ta’ 48 sena residenti s-Swieqi.

Huma ingħataw l-għajnuna minn tim mediku u l-mara kif ukoll it-Taljan ittieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura. Aktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata li weġġgħet ħafif filwaqt li r-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.