Mara bi ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku

Numru ta' Referenza: PR_668_21, Data ta' l-Istqarrija : Set 14, 2021
 

Illum, għal xi l-għaxra ta’ filgħodu (1000hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Pjazza Anton De Paul, Paola.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li mara ta’ 83 sena residenti l-Isla sfat milquta minn Chevrolet Matiz li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 74 sena li jirrisjedi Ħal Tarxien. 
Il-vittma ngħatat l-assistenza minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hi ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.