Raġel bi ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku

Numru ta' Referenza: PR_663_21, Data ta' l-Istqarrija : Set 13, 2021
 

​Illum, għal xi l-kwarta ta’ filgħodu (0015hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun.

Minn stħarriġ preliminari  li sar irriżulta li raġel, li l-identita’ tiegħu għadha mhux magħrufa, safa’ milqut minn Toyota Passo li kienet qed tinstaq minn Ingliż ta’ 27 sena li jirrisjedi l-Isla. 
Il-vittma ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana LL.D  li ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.