Taljan bi ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku

Numru ta' Referenza: PR_662_21, Data ta' l-Istqarrija : Set 13, 2021
 

Ilbieraħ, għal xi l-għaxra u nofs ta’ filgħaxija (2230hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Manuel Dimech, San Ġiljan.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li Taljan ta’ 35 sena residenti Tas-Sliema, li kien qed isuq e-scooter, safa’ milqut minn mutur li telaq minn fuq il-post.

Il-vittma ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana LL.D li ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.