Raġel bi ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku

Numru ta' Referenza: PR_653_21, Data ta' l-Istqarrija : Set 11, 2021
 

Ilbieraħ, għal xi tmienja u nofs ta’ filgħaxija (2030hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Ferrovija, Santa Venera.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 56 sena residenti Birkirkara safa’ milqut minn karozza ta’ tip Toyota Ractis misjuqa minn raġel ta’ 61 sena li jgħix Ħal Balzan.

Il-vittma ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.