Raġel iweġġa’ gravi wara waqgħa

Numru ta' Referenza: PR_517_21, Data ta' l-Istqarrija : Lul 20, 2021
 
Illum, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu (1000hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-Università ta’ Malta.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li Indjan ta’ 54 sena u residenti Tal-Pietà, weġġa’ wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jaħdem.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.