Mara tweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

Numru ta' Referenza: PR_510_21, Data ta' l-Istqarrija : Lul 16, 2021
 

Tard ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta ta’ nofsillejl (0000hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq ix-Xatt, Tal-Pietà.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li mara ta’ 61 sena residenti San Ġiljan, intlaqtet minn Peugeot, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 53 sena residenti l-Belt Valletta.

Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.