Raġel jitlef ħajtu f’San Pawl il-Baħar

Numru ta' Referenza: PR_509_21, Data ta' l-Istqarrija : Lul 16, 2021
 
Ilbieraħ, għal xi t-tmienja neqsin kwart ta’ filgħaxija (1945hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm persuna li sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum f’pool fi Triq it-Trunċiera, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel sab ruħhu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum ġo pool, ingħata l-ewwel għajnuna minn nies li kienu fuq il-post u baqgħu jassistu sakemm waslu l-paramediċi.

Il-vittma, li aktar tard irriżulta li huwa Ingliż u għandu 27 sena, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura meħtieġa, iżda sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Donatella Frendo Dimech LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. 

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.