Raġel isofri ġrieħi serji

Numru ta' Referenza: PR_505_21, Data ta' l-Istqarrija : Lul 12, 2021
 

​Illum, għal xi l-ħdax u nofs ta’ filgħodu (1130hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Fisher, l-Imġarr.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel ta’ 50 sena residenti s-Sannat, Għawdex, waqa’ għoli ta’ madwar sular u nofs f’shaft waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

Tim mediku u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili taw l-assistenza u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.