Inċident tat-traffiku fil-Mellieħa

Numru ta' Referenza: PR_406_21, Data ta' l-Istqarrija : Ġun 09, 2021
 
​Illum, għall-ħabta tal-ħdax neqsin kwart (1045hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħ impatt bejn Mazda Demio, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 67 sena li jgħix San Pawl il-Baħar, u mutur Honda, li kien qed jinstaq minn mara ta’ 49 sena li tgħix is-Swieqi. 

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard hi ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.