Raġel isofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku

Numru ta' Referenza: PR_403_21, Data ta' l-Istqarrija : Ġun 08, 2021
 
Illum, għall-ħabta tal-ħdax u kwart ta’ filgħodu (1115hrs), il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm inċident tat-traffiku fi Triq il-Wied ta’ l-Imsida, Imsida.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet juru li  raġel Ġermaniż ta’ 31 sena, waqa’ bil-mutur Orcal li kien qiegħed isuq.

Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.