Raġel isofri ġrieħi gravi

Numru ta' Referenza: PR_400_21, Data ta' l-Istqarrija : Ġun 07, 2021
 
Illum, għall-ħabta tal-kwarta (1215hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’argument fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ argument bejn raġel ta’ 32 sena li jgħix il-Ħamrun ma’ raġel ta’ 42 sena li jgħix il-Belt Valletta u mara ta’ 37 sena li tgħix l-Imsida. 

Ir-raġel ta’ 42 sena sofra xi ġrieħi u ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.