Raġel jindarab wara inċident fuq il-baħar

Numru ta' Referenza: PR_396_21, Data ta' l-Istqarrija : Ġun 06, 2021
 
Ilbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart ta’ filgħaxija (1845hrs), il-Pulizija ġiet infurmata mill-awtoritajiet tas-saħħa li kien għadu kemm iddaħħal raġel l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ waqt li kien qiegħed fuq il-baħar f’San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li Ġermaniż ta' 60 sena weġġa’ waqt li kien fuq dik li hi magħrufa bħala sofa boat ride.

Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. 

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.