Mara tweġġa’ gravi wara waqgħa

Numru ta' Referenza: PR_395_21, Data ta' l-Istqarrija : Ġun 06, 2021
 
Ilbieraħ, għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart ta’ waranofsinhar (1445hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq is-Sorijiet, Ħal Tarxien.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li mara ta’ 67 sena, weġġgħet wara li waqgħet ġo xaft fid-dar tagħha, għoli ta’ madwar sular.

Il-vittma ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħdet b'ambulanza l-Isptar Mater Dei. Aktar tard, hi ġiet iċċertifikata li qiegħda issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.