Raġel iweġġa’ gravi wara waqgħa

Numru ta' Referenza: PR_394_21, Data ta' l-Istqarrija : Ġun 05, 2021
 
Illum, għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu (1100hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq il-President Anton Buttigieg, iż-Żejtun.

Il-Pulizija tad-Disrett marret immedjatament fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari li saret irriżulta li raġel ta’ 59 sena, kien qiegħed jagħmel xi xogħol f’daru u waqa’ madwar żewġ sulari u nofs.

Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed b'ambulanza l-Isptar Mater Dei. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.