Raġel isofri ġrieħi gravi f’Ta’ Qali

Numru ta' Referenza: PR_388_21, Data ta' l-Istqarrija : Ġun 01, 2021
 
Illum, għal xi s-sebgħa u kwart ta’ filgħodu (0715hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fil-limiti ta’ Ta’ Qali.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li waqt li raġel ta’ 37 sena, residenti ż-Żurrieq, kien qed jagħmel xi xogħol fuq saqaf tal-ħġieġ, dan inkiser bih, bil-konsegwenza li waqa’ minn għoli.

Tim mediku ta’ l-ewwel għajnuna fuq il-post, waqt li ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.