Raġel isofri ġrieħi gravi

Numru ta' Referenza: PR_387_21, Data ta' l-Istqarrija : Ġun 01, 2021
 

​Illum, għal xi t-tlieta ta’ filgħodu (0300hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fil-Qasam Industrijali ta’ Ħal Far, fil-limiti ta’ Birżebbuġia.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel ta’ 57 sena, residenti Bormla, tilef il-kontroll tal-karozza, Hyundai Accent u ħabat f’arblu tad-dawl.

Tim mediku ta’ l-ewwel għajnuna, waqt li ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.