Inċident tat-traffiku f’Ħal Tarxien

Numru ta' Referenza: PR_32_21, Data ta' l-Istqarrija : Jan 13, 2021
 

​Mara ta’ 55 sena residenti l-Gudja, għal xi d-disgħa u kwart ta’ filgħodu (0915hrs), kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġgħet f’inċident tat-traffiku fi Triq is-Sorijiet, Ħal Tarxien.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Renault Captur, misjuqa mill-vittma, u BMW 320D, misjuqa minn raġel ta’ 26 sena residenti Ħal Tarxien.

Sussegwentement ir-Renault Captur kellha wkoll impatt ma' vann Ford Connect li kien ippparkjat.

Aktar tard, hi ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.