Raġel isofri ġrieħi gravi

Numru ta' Referenza: PR_31_21, Data ta' l-Istqarrija : Jan 11, 2021
 
Raġel Filippin ta’ 37 sena li jgħix il-Qrendi, kellu jittieħed b’emerġenza l-isptar wara li waqa’ minn għoli.

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħdax u nofs (2330hrs), intalbet l-assistenza tal-Pulizija fi Triq il-Buttar, Santa Venera. Il-
Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn hemmhekk sabu raġel midrub fuq il-bankina. 

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel, għal xi raġuni spiċċa ssakkar f'residenza u prova joħroġ billi tela' fuq il-bejt. Huwa tilef il-bilanċ u waqa' għall-isfel.

Ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa u ġie iċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.