Raġel isofri ġrieħi gravi f’Birkirkara

Numru ta' Referenza: PR_317_21, Data ta' l-Istqarrija : Mej 03, 2021
 

Illum, għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ filgħodu (0130hrs), il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm persuna li waqgħet fi Triq in-Naxxar, Birkirkara.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet juru li  raġel Sirjan, waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari ġo residenza privata.

Ir-raġel ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Birkirkara.