Raġel iweġġa’ gravi

Numru ta' Referenza: PR_316_21, Data ta' l-Istqarrija : Mej 03, 2021
 
Ilbieraħ, għall-ħabta tal-għaxra neqsin kwart ta’ filgħaxija (2145hrs), il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm persuna li waqgħet fi Triq il-Port Ruman, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet juru li  raġel li l-identita’ tiegħu għadha mhix magħrufa, waqa’ għoli ta’ madwar sular.

Ir-raġel ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.