Raġel isofri ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku

Numru ta' Referenza: PR_313_21, Data ta' l-Istqarrija : Mej 02, 2021
 
Illum, għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħodu (0730hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, seħħ inċident tat-traffiku.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet juru li raġel ta’ 52 sena li jgħix Bormla kien qed isuq mutur KTM u skidja.

Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li ndarab serjament.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli LL.D li ħatret Inkjesta filwaqt li għaddejjin l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Ħaż-Żebbuġ.