Inċident tat-traffiku fil-Wied iż-Żurrieq

Numru ta' Referenza: PR_312_21, Data ta' l-Istqarrija : Mej 02, 2021
 

Ilbieraħ, għal ħabta tat-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar (1530hrs), il-Pulizija kienet infurmata li seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Wied iż-Żurrieq, il-Qrendi.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Isuzu TFS, misjuqa minn raġel ta’ 67 sena residenti Birkirkara, u Mazda Demio, misjuqa minn raġel ta’ 20 sena residenti Ħal Qormi. Fil-Mazda kien hemm ukoll tliet ġuvintur ta’ 17-il sena residenti Ħal Qormi.

Ix-xufier u l-passiġġiera fil-Mazda ngħataw l-ewwel għajnuna minn tim mediku u minn membri tal-Protezzjoni Ċivili u wara ttieħdu l-Isptar Mater Dei. 

Aktar tard, wieħed mill-passiġġieri tal-mazda ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi filwaqt li ż-żewġ passiġġieri l-oħra  sofrew ġrieħi ħfief. Il-kundizzjoni tax-xufier għadha mhux magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.