Raġel ta’ 65 sena u mara ta’ 59 sena li jgħixu Birżebbuġa, kellhom jittieħdu b’emerġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku.
Illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar neqsin għaxra (1150hrs), il-Pulizija ntalbet għall-assistenza fi Vjal Santa Luċija, Raħal Ġdid.
L-ewwel investigazzjonijiet juru li s-sewwieq tal-mutur Honda ħabat ma’ barrier u waqa’. Miegħu kien hemm passiġġiera mara li sofriet xi ġrieħi ukoll.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittmi l-isptar. Aktar tard r-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji filwaqt li l-mara qed issofri minn ġrieħi gravi.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras LL.D, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.