Raġel iweġġa’ gravi f’Ħal Qormi

Numru ta' Referenza: PR_254_21, Data ta' l-Istqarrija : Apr 07, 2021
 

Illum, għal xi s-siegħa ta’ waranofsinhar (1300hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġo stalla fi Triq tal-Ħandaq, Ħal Qormi.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 78 sena residenti ż-Żejtun, weġġa’ waqt li kien qed jaħdem bi grinder.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna, ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei u aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.