Raġel iweġġa’ gravi f’Raħal Ġdid

Numru ta' Referenza: PR_253_21, Data ta' l-Istqarrija : Apr 07, 2021
 

Illum, għall-ħabta tal-ħdax u kwart ta’ filgħodu (1115hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġo razzett fi Triq Giuseppe Garibaldi, Raħal Ġdid.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 53 sena residenti Raħal Ġdid, weġġa’ waqt li kien qed jaħdem b’chaser.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna, ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei u aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.