Raġel iweġġa’ bil-mutur fin-Naxxar

Numru ta' Referenza: PR_247_21, Data ta' l-Istqarrija : Apr 03, 2021
 

Rumen ta’ 31 sena residenti n-Naxxar, għal xi s-siegħa ta’ waranofsinhar (1300hrs), kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur Honda ADV, tilef il-kontroll u waqa’.

Aktar tard, ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.