Żewġ Ungeriżi arrestati fuq traffikar tad-droga

Numru ta' Referenza: PR_246_21, Data ta' l-Istqarrija : Apr 03, 2021
 
Illum, l-Ispettur Justine Grech u Dr F. Refalo mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, ressqu l-Qorti raġel ta' 37 sena u mara ta' 41 sena, it-tnejn mill-Ungerija, fuq importazzjoni u t-traffikar tad-droga, u attentat ta’ tixħim.

Wara jiem ta’ investigazzjonijiet, ilbieraħ filgħodu, il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ kontra d-Droga flimkien mal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit (RIU) daħlu ġo darhom f'Birżebbuġa u tfittxija sabithom fil-pussess ta’ droga suspettata eroina, MDMA u amfetamina, li kienet lesta għat-traffikar. Waqt l-arrest, il-koppja ppruvaw jeqirdu l-evidenza, ma obdewx l-ordnijiet u allegatament offrew flus lill-Pulizija.

Huma wieġbu mhux ħatja u nżammu arrestati.​