Inċident tat-traffiku fl-Iklin

Numru ta' Referenza: PR_145_21, Data ta' l-Istqarrija : Fra 23, 2021
 
Ilbieraħ, għal xi tmienja u għoxrin ta’ filgħaxija (2020hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm mutur mal-art u persuna li weġġgħet fi Triq il-Wied, l-Iklin. 

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 33 sena li jgħix San Pawl il-Baħar li kien qed isuq mutur Piaggio tilef il-kontroll u waqa’.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna, ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.