Raġel isofri ġrieħi serji fl-Imsida

Numru ta' Referenza: PR_141_21, Data ta' l-Istqarrija : Fra 21, 2021
 

Illum, għal xi t-tlieta ta’ filgħodu (0300hrs), il-Pulizija ġiet infurmata mill-awtoritajiet tas-saħħa li aktar kmieni, għal xi nofsillejl (0000hrs), iddaħħal raġel l-Isptar Mater Dei għax kien sofra xi ġrieħi waqt li kien fir-residenza tiegħu fl-Imsida.
Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel, li għandu 41 sena, sofra xi ħruq f’partijiet minn ġisimu, x’aktarx kawża ta’ xemgħa.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi sejri.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.