Inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żabbar

Numru ta' Referenza: PR_140_21, Data ta' l-Istqarrija : Fra 21, 2021
 

Ilbieraħ, għal xi s-sitta u nofs ta’ filgħaxija (1830hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Villabate, Ħaż-Żabbar.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien hemm ħabta bejn karozza Mitsubishi, misjuqa minn mara ta’ 28 sena residenti Ħaż-Żabbar, u mutur SYM, misjuq minn Indjan ta’ 25 sena residenti Raħal Ġdid.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna, ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.