Illum, għall-ħabta tal-ħamsa neqsin għaxra ta’
waranofsinhar (1650hrs), il-Pulizija intalbet biex tassisti fi Triq Ħal
Gharghur, Birkirkara.
Mill-ewwel stħarriġ
irriżulta li mara ta’ 63 sena li tgħix Birkirkara waqgħet għoli ta’ madwar sular
f’residenza vojta.
Mill-ewwel intalbet
l-assistenza ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, kif ukoll membri
tal-Protezzjoni Ċivili u ttieħdet l-isptar permezz ta’ ambulanza. Aktar tard hija ġiet
iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin