Raġel ta’ 63 sena li jgħix l-Iklin kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara.
Illum, għall-ħabta tas-sagħtejn u għaxra ta’ waranofsinhar (1410hrs), il-Pulizija intalbet biex tassisti fi Triq Dun Karm.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur Honda u ħabat ġo vettura Opel Corsa li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 39 sena li tgħix in-Naxxar.
Tim mediku ta’ l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin