Page Content
Ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħdax (2300hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq San Mikiel, il-Marsa.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li għal xi raġuni raġel ta’ 44 sena li jgħix Ħaż-Żabbar tilef il-kontroll tal-vettura Citroen C3 u kellu mpatt ma’ ħames vetturi oħra li kienu pparkjati.
Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 44 sena l-Isptar Mater Dei. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.