Inċident tat-traffiku fiż-Żejtun

Numru ta' Referenza: PR_127_21, Data ta' l-Istqarrija : Fra 17, 2021
 

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħamsa u kwart ta’ waranofsinhar (1715hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq tal-Ħotba, iż-Żejtun.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien hemm impatt bejn tliet vetturi; mutur Kawasaki misjuq minn raġel ta 46 sena li jgħix il-Munxar, Għawdex, karozza Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 65 sena li tgħix iż-Żejtun u karozza Chevrolet misjuqa minn mara ta 26 sena li tgħix iż-Żejtun.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 46 sena l-Isptar Mater Dei. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.