Illum, għall-ħabta tat-tmienja
u nofs ta’ filgħodu (0830hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident
tat-traffiku fi Triq ix-Xatt Ta’ Xbiex.
Mill-ewwel stħarriġ
irriżulta li raġel ta’ 75 sena residenti l-Mosta, kien intlaqat minn karozza
Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 73 sena residenti Ta’ Xbiex.
Tim mediku ta l-ewwel
għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 75 sena l-Isptar Mater Dei. Aktar tard
huwa kien iċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.