Raġel isofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku

Numru ta' Referenza: PR _407_21, Data ta' l-Istqarrija : Ġun 09, 2021
 
Illum, għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs (1430hrs), il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm inċident tat-traffiku fi Triq Elija Żammit, San Ġiljan.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet juru li  Libjan ta’ 32 sena li jgħix is-Swieqi, tilef il-kontroll tal-mutur Honda li kien qed isuq u daħal ġo armatura ta’ ħanut.

Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.