Investigazzjoni tal-Pulizija

Numru ta' Referenza: PR_78_20, Data ta' l-Istqarrija : Fra 11, 2020
 
Aġġornament:

Sa issa l-Pulizija mill-Iskwadra tar-Reati Ekonomiċi u mill-Uffiċju tal-Affarijiet Interni arrestat madwar 40 persuna b’rabta ma’ din l-investigazzjoni. B’rabta ma’ dan il-każ, għaddejja wkoll Inkjesta Maġisterjali.

Il-Korp tal-Pulizija jerġa’ qiegħed jassigura li ttieħdu l-miżuri kollha skont il-liġi u fin-nuqqas ta’ dawn l-uffiċjali, tħejja pjan ta’ kontinġenza biex ikun assigurat l-infurzar tal-liġi tat-traffiku fit-toroq tagħna. 

------------------------------------

Wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet, illum il-Pulizija għaddejja bl-arresti ta’ uffiċjali misSezzjoni
tat-Traffiku tal-Korp b’rabta ma’ allegat abbuż fis-sahra.

Filwaqt li f’dal-mument għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet, il-Korp jassigura li ser jieħu
kwalunkwe miżura skont il-liġi u javża li ħejja pjan ta’ kontinġenza sabiex fin-nuqqas ta’ dawn
l-uffiċjali, nibqgħu nassiguraw l-infurzar tal-liġi tat-traffiku fit-toroq tagħna.

Kull min għandu xi informazzjoni b’rabta ma’ dawn l-allegazzjonijiet huwa mħeġġeġ sabiex
jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numru 2294 2201 jew fuq l-imejl
internalaffairs.police@gov.mt​