Mara ssofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku

Numru ta' Referenza: pr_298_20, Data ta' l-Istqarrija : Mej 22, 2020
 
​Mara ta’ 19-il sena, residenti Ħal Lija, qed issofri minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku, f’Birkirkara.

Kienu għall-ħabta tas-sagħtejn (1400hrs), x’ħin il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza fi Triq Dun Karm, Birkirkara.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari li saret irriżulta li kien seħħ impatt bejn Toyota Vitz li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 22 sena mill-Maċedonia li jirrisjedi f’Birkirkara, u Toyota Tercel li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 19-il sena residenti l-Pieta’. Fit-Tercel kien hemm ukoll mara ta’ 19-il sena residenti Ħal Lija.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura. Aktar tard hi ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri min ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.