Ħabta bejn mutur u karozza l-Mellieħa

Numru ta' Referenza: PR_798_20, Data ta' l-Istqarrija : Nov 20, 2020
 

Xufier ta’ mutur kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei minħabba li sofra ġrieħi f’inċident tat-traffiku.

Kienu xi tmienja neqsin għaxra ta’ filgħodu (0750hrs), xħin il-Pulizija intalbet tassisti fi Triq il-Fortizza, il-Mellieħa.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li ġrat ħabta bejn mutur Kawasaki 125, misjuq minn raġel barrani li jgħix il-Mellieħa stess, u karozza Honda Fit, misjuqa minn mara ta’ 42 sena residenti l-Mellieħa. Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li ndarab gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.