Inċident tat-traffiku bejn tliet vetturi

Numru ta' Referenza: PR_793_20, Data ta' l-Istqarrija : Nov 19, 2020
​​
 

Tliet persuni kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei għax kienu involuti f’inċident tat-traffiku Birżebbuġa.

Ilbieraħ fil​għaxija, għall-ħabta tat-tmienja (2000hrs), l-Għassa ta’ Birżebbuġa ġew infurmati li hemm inċident tat-traffiku fi Triq ix-Xatt tal-Qajjenza.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u minn l-ewwel investigazzjonijiet juru li kien hemm ħabta bejn tliet vetturi; Nissan Qashqai misjuq minn raġel Sirjan ta’ 47 sena li joqgħod Birżebbuġa, Toyota Hilux misjuq minn raġel Malti ta’ 32 sena li joqgħod Ħal Tarxien u Fiat Punto misjuqa minn raġel, li l-identita’ tiegħu għadha mhix magħrufa.

Mas-sewwieq tal-Fiat kien hemm passiġier.

B-impatt, r-raġel Malti kif ukoll iż-żewġ irġiel tal-Fiat inqabdu fil-vetturi u għalhekk intalbet l-assistenza tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħalli jinħarġu. Huma ttieħdu l-isptar b’ambulanza u ġew iċċertifikati li ndarbu gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 ​