Mara tweġġa’ f’inċident bil-mutur

Numru ta' Referenza: PR_790_20, Data ta' l-Istqarrija : Nov 17, 2020
 

Mara ta’ 29 sena, dalgħodu għal xi t-tmienja (0800hrs), kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei għax kienet involuta f’inċident bil-mutur fi Triq in-Naxxar, San Ġwann.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li l-mara, li toqgħod il-Gżira, kienet qiegħda ssuq mutur PGO Ligero, tilfet il-kontroll u waqgħet.

Aktar tard, hi ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.