Inċident bil-mutur Ħ’Attard

Numru ta' Referenza: PR_788_20, Data ta' l-Istqarrija : Nov 17, 2020
 

​Pakistan ta’ 34 sena kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei, għax weġġa’ f’inċident bil-mutur Ħ’Attard.

Kienu xi s-sebgħa tal-bieraħ filgħaxija (1900hrs), xħin il-Pulizija ntalbet tassisti fi Triq in-Nutar Zarb.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li r-raġel, li joqgħod Birkirkara, kien qiegħed isuq mutur Geely Samba 125, tilef il-kontroll u waqa’.

Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.