Raġel iweġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni

Numru ta' Referenza: PR_723_20, Data ta' l-Istqarrija : Ott 26, 2020
 

Raġel mill-Pakistan weġġa’ gravi f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni, f’Ħal Qormi.

Għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu (0800hrs), intalbet l-għajnuna tal-Pulizija biex tassisti fi Sqaq iż-Żiemel, limiti tal-Ħandaq.

Hemmhekk il-Pulizija sabu ħaddiem midrub fejn irriżulta li waqa’ minn għoli.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.