Raġel isofri ġrieħi gravi f’sit ta’ kostruzzjoni

Numru ta' Referenza: PR_71_20, Data ta' l-Istqarrija : Fra 08, 2020
 

Raġel ta’ 62 sena residenti Ħaż Żebbuġ, qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta kostruzzjoni fi Triq il-Belt Valletta, Qormi. 

 

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-sitta u kwart ta’ filgħaxija (1815hrs), il-Pulizija kienu infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza fl-imsemmija triq minħabba li kien weġġa’ ħaddiem f’sit ta kostruzzjoni u li ttieħed l-isptar immedjatament.

 

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel sofra xi ġrieħi meta waqa’ min fuq sellum.

 

Fuq il-post issejħu tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.