Tliet persuni arrestati dwar ħsarat fuq statwa f’Wied il-Għajn

Numru ta' Referenza: PR_699_20, Data ta' l-Istqarrija : Ott 17, 2020
 

Wara jiem ta' investigazzjonijiet, it-Taqsima tal-Patrimonju Kulturali fi ħdan l-Iskwadra tar-Reati Maġġuri, arrestat tliet żgħażagħ talli għamlu ħsara volontarja fuq statwa fil-Park tal-Familja f'Marsaskala.
Il-Pulizija sabet parti mill-istatwa; li hija protetta mill-Att Dwar il-Patrimonju Kulturali, fir-residenza ta' wieħed mill-ġuvintur.
L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.