Raġel isofri ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku

Numru ta' Referenza: PR_698_20, Data ta' l-Istqarrija : Ott 17, 2020
 
Raġel, li l-identita’ tiegħu għadha mhux magħrufa, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li sofra xi ġrieħi f’inċident tat-traffiku.
Kienu għall-ħabta tas-sebgħa u kwart ta’ filgħodu (0715hrs), meta il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.
Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li r-raġel ġie milqut minn Citroen Berlingo misjuqa minn Taljan ta’ 29 sena.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.