Raġel isofri ġrieħi gravi f’Għawdex

Numru ta' Referenza: PR_696_20, Data ta' l-Istqarrija : Ott 17, 2020
 
Raġel ta’ 22 sena residenti x-Xagħra, qiegħed jingħata l-kura fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li weġġa’ f’inċident fuq il-post tax-xogħol.

Il-Pulizija ġiet infurmata f’xi s-sagħtejn ta’ waranofsinhar (1400hrs), b’inċident fi Triq il-Port, f’Marsalforn, limiti taż-Żebbuġ, Għawdex.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel weġġa’ meta ntlaqat minn oġġett iebes waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol fuq makkinarju tal-kostruzzjoni.

Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.