Arrest b'rabta ma' ċirku ta' bejgħ ta' dokumenti foloz

Numru ta' Referenza: PR_693_20, Data ta' l-Istqarrija : Ott 15, 2020
 
Raġel ta’ 32 sena ġie arrestat wara li allegatament kien qiegħed jbigħ passaporti u permessi ta’ residenzi foloz sabiex jassisti persuni oħra jidħlu jew joħorġu minn Malta.
Ir-raġel ġie arrestat ilbieraħ f'rejd li l-Pulizija tal-Immigrazzjoni għamlet fir-residenza tiegħu f'Wied il-Għajn. F'dan ir-rejd, il-Pulizija sabet diversi dokumenti foloz, kif ukoll dokumenti oriġinali, iżda li rriżultaw li kienu misruqin, kollha fil-pussess tar-raġel.
Huwa tressaq il-Qorti dalgħodu fejn ma ammettiex l-akkużi miġjuba kontrieh u nżamm arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Frankie Sammut, John Spiteri u Dorianne Tabone.